Futbol Sport

Newcastle United iktar viċin post mal-ewwel erbgħa b’rebħa kbira fuq Man. Utd

(Ritratt: EPA)

Newcastle United telgħu fir-raba’ post hekk kif għelbu lil Manchester United 4-1. Rebħa konvinċenti għall-aħħar mill-Magpies, filwaqt li l-problemi jkomplu jikbru għal Manchester United.

Sandro Tonali jiftaħ l-iskor għal Newcastle wara 24 minuta minn assist tajjeb ta’ Alexander Isak. Ir-Red Devils jirnexxielhom jagħmlu l-iskor permezz ta’ Alejandro Garnacho fis-37 minuta.

L-ewwel taqsima tintemm 1-1, madankollu kollox jinbidel fit-tieni taqsima hekk kfi il-Magpies joħorġu jattakkaw mill-ewwel, bil-Winger Harvey Barnes jiskorja fid-49 minuta biex jerġa’ jagħti l-vantaġġ għat-tim tiegħu, qabel ma jżid ieħor fl-64 minuta.

Bruno Guimaraes jagħmel l-iskor 4-1 minn assist ta’ Joelinton fis-77 minuta.

Chelsea dawru żvantaġġ ta’ żewġ gowls fi draw kontra Ipswich Town bit-tama’ li jidħlu mal-ewwel ħamsa u jilagħbu fiċ-Champions League s-sena d-dieħa. L-iskor finali kien dak ta’ 2-2.

Julio Enciso fetaħ l-iskor b’gowl mill-isbaħ b’xutt minn barra l-kaxxa minn assist ta’ Johnson.

Ipswich Town reġgħu ħasdu lill-avversarji meta għamlu l-iskor 2-0 din id-darba minn Johnson u jagħti l-assist Enciso.

Chelsea ħarġu fuq l-offensiva minnufih fit-tieni taqsima u skorjaw permezz ta’ auto-gowl ta’ Axel Tuanzabe fis-46 minuta.

Il-Blues jagħmlu l-iskor indaqs fid-79 minuta meta Jadon Sancho jsib ix-xibka minn suġġeriment ta’ Palmer.

Minkejja prestazzjoni mhux daqstant konvinċenti għa darb’oħra, Liverpool jersqu dejjem qrib l-20 Premier League tagħhom hekk kif għelbu lil West Ham 2-1 f’Anfield.

Mohammed Salah jiċċelebra l-kuntratt ġdid meta pporvda assist brillanti għal Luis Diaz li sab ix-xibka fit-18-il minuta.

West Ham United ħasbu li rnexxiellhom jisirqu punt minn din il-partita hekk kif fi-86 minuta Andrew Robertson xeħet fix-xibka tiegħu stess u l-iskor jispiċċa 1-1.

Madankollu daqqa ta’ ras ta’ Virgi van Dijk tliet minuti wara jagħti r-rebħa lir-Reds.

Tottenham Hotspur ikomplu l-istaġun ħażin tagħhom hekk kif tilfu 4-2 kontra Wolves biex baqgħu mweħħlin fil-15-il post. L-iskor finali jkun 4-2 għal Wolves.

Id-difensur lateali ta’ Wolves Ait Nouri jiskorja wara biss żewġ minuti, qabel Djed Spence jixħet fix-xibka tiegħu stess wara żball tal-goalkeeper Vicario.

Mathys Tel iġib goal lura għal Spurs fit-58 minuta, madankollu Larsen jiskorja għal Wolves 5 minuti wara.

Richarlison jerġgħu jnaqqsu l-iskor fit-85 minuta, però Wolves jiskorjaw minuta wara biex ikkonfermaw it-tliet punti.