Formula 1 Sport

Oscar Piastri b’rebħa oħra dan l-istaġun, din id-darba f’Bahrain

(Ritratt: EPA)

Oscar Piastri kompla l-istaġun fenomenali b’rebħa oħra din id-darba li kiseb fil-Grand Prix ta’ Bahrain. Is-sewwieq Awstraljan kien tajjeb ħafna matul it-tellieqa u żamm kalm fil-50 start tiegħu fil-karriera.

Prestazzjoni tajba għal McLaren in ġenerali hekk kif Lando Norris ukoll temm fuq il-podju meta daħal fit-tielet post u kiseb 15-il post. Jissepera ż-żewġ sewwieqa ta’ McLaren kien hemm l-Ingliż ta’ Mercedes George Russel.

Charles Leclerc ta’ Ferrari daħal fir-raba’ post minkejja ġ-ġlieda tajba li kellhu ma’ Norris fit-tielet post, post quddiem sieħbu tal-istess tim Lewis Hamilton.

Max Verstappen daħal fis-sitt post. Żewġ Franċiżi daħlu fis-seba’ u fit-tmien post hekk kif Pierre Gasly ta’ Alpine daħal fis-seba’ post filwaqt li Esteban Ocon ta’ Haas daħal fit-tmien post.

Yuki Tsunoda ta’ Red Bull Racing u Oliver Bearman ta’ Haas kienu l-aħħar sewwieqa li daħlu mal-ewwel għaxra.

Carlos Sains ta’ Williams kien l-unika sewwieq li ma temmx it-tellieqa.