Colin Schembri
Betsson Depiro………62
Starlites JSD……………67
(12-14)(11-15)(19-16)(16-13)(4-9)
Starlites reġgħu lura fil-finali tal-kampjonat MAPFRE MSV Life tan-nisa meta għelbu lil Betsson Depiro 67-62 wara sessjoni ta’ ħin barrani, u b’hekk ġabu l-iskor tas-serje 1-1. Il-wirja difensiva tagħhom kienet l-element kruċjali tar-rebħa – magħluqa b’rebħa li ġiet taħt tmexxija ta’ Peter Shoults, li rnexxielu jorganizza difiża kompattissima li qatt ma ħalliet lil Depiro jidħlu f’rutina offensiva stabbli b’mod partikolari fuq l-Amerikana Janai Crooms. Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Starlites kontra Depiro dan l-istaġun.
Starlites ipprovdew wirja li kienet ikkaratterizzata minn intensità u determinazzjoni fuq kull pussess. L-iskor baxx ta’ Depiro fil-ħin barrani – punt wieħed biss fl-aħħar 2 minuti u nofs kien deċiżiv għar-rebħa finali ta’ Starlites.
ll-logħba fetħet fuq nota bilanċjata, b’Claire Ciantar u Julia Borg jagħtu l-vantaġġ lil Depiro, iżda Starlites wieġbu mill-ewwel permezz ta’ Makaila Napoleon, li kienet waħda mill-protagonisti tal-konfront. Wara skor ta’ 12-14 fl-ewwel sessjoni, Starlites bdew jikkonsolidaw id-distakk fit-tieni waħdi, grazzi għal punti minn Sasha Lecuyer u Michela Zammit Cordina. Depiro rrispondew b’xi runs qosra, iżda ma rnexxielhomx iwaqqfu l-momentum ta’ Napoleon, li temmet l-ewwel taqsima bi 15-il punt u wasslet lil Starlites fuq quddiem 29-23 sal-mistrieħ.
Fit-tielet sessjoni, Starlites kabbru l-vantaġġ għal 10 punti wara baskets ta’ Zammit Cordina u Ylenia Bonett, iżda reazzjoni minn Julia Borg u Kristy Galea b’run ta’ 12-3 reġgħet poġġiet lil Depiro lura fil-partita. Il-punteġġ qabel l-aħħar sessjoni kien 45-42 favur Starlites.
Ir-raba’ sessjoni kienet ta’ tensjoni kbira. Depiro marru minn taħt għal fuq għal ftit sekondi wara punti minn Crooms u Galea, iżda Starlites żammew kontroll u għaqqdu break ta’ 9-1 bil-punti ta’ Mikela u Philippa Riolo flimkien ma’ Zammit Cordina. Depiro rrispondew b’seba’ punti mingħajr rispost. Napoleon għamlet trippla għal Starlites però Crooms għamlet żewġ free-throws biex temmew il-ħin regolamentari fuq parita ta’ 58-58.
Fil-ħin barrani, kienu Starlites li ħarġu l-aħjar b’basket ta’ Napoleon u trippla ta’ Mikela Riolo. L-erba’ punti ta’ Depiro waslu kollha minn Julia Borg hekk kif Starlites għalqu l-partita b’4 free-throws ta’ Bonett hekk kif ħarġu rebbieħa 67-62.
Din ir-rebħa tfisser ħafna għal Starlites, mhux biss għax ġabet is-serje 1-1, iżda għax uriet saħħa tattika u karattru, elementi kruċjali f’sensiela ta’ ħames logħbiet.
Betsson Depiro: N. Agius 6, J. Borg Xerri 3, J. Magri, J. Mallia , L. Sciberras, C. Ciantar 6, J. Borg 20, N. Borg 3, K. Galea 7, J. Borg Cardona 4, H. Farag, J. Crooms 16.
Starlites JSD: S. Lecuyer 13, M. Riolo 7, C. Cilia, P. Riolo 5, M. Zammit Cordina 8, M. Fenech 2, M. Napoleon 24, E. Degiorgio, F. Vella, Y. Ferrando, C. Curmi, Y. Bonett 8.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Nestor Rincon, Nelson Da Silva
//= $special ?>