Lokali

Tissejjaħ ambulanza wara inċident bejn żewġ karozzi

Ritratt: Catriel Farrugia

Ambulanza ssejjħet fi Blata l-Bajda wara ħabta bejn y-plate u vettura oħra.

Kelliem għall-Pulizija spjega lil din il-kamra tal-aħbarijiet li tim mediku minn Mater Dei qed jassessja lis-sewwieqa fil-post fejn aktar tard jiġi determinat jekk hux se jkunu qed jittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Fil-post jinsabu wkoll uffiċjali tal-LESA sabiex jidderieġu t-traffiku.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.