Lokali

Tnejn arrestati waqt kontrolli tat-traffiku

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 25 sena residenti Santa Venera u mara ta’ 24 sena residenti Bormla waqt spezzjonijiet tat-traffiku fi Triq is-Salib tal-Marsa.

L-inċident seħħ ilbieraħ waranofsinhar meta waqt kontrolli ta’ rutina, il-pulizija waqqfet vettura tal-għamla Kia Picanto. Waqt li kien qed jiġi mitkellem ix-xufier, il-pulizija qajmet suspett u talab lill-persuna biex toħroġ mill-vettura.

Wara tfittxija li saret fuq il-persuna, nstabet ammont ta’ flus kontanti. Filwaqt li minn tfittxija fil-vettura, speċjalment fil-baskett tal-passiġġiera, instabu diversi qratas b’sustanza suspettata kannabis, kif ukoll qartas b’sustanza suspettata kokaina.

Id-droga nstabet f’ċirkustanzi li jindikaw li ma kinux għall-użu personali. Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u fetaħ Inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.