Żewġ vetturi kienu involuti f’inċident li seħħ għal ħabta tat-3.15pm fuq il-Coast Road, bejn karozza u double decker bus.
Fil-karozza Jaguar, kien hemm raġel ta’ 81 sena u mara ta’ 80 sena, it-tnejn residenti Ħaż-Żebbuġ, li ttieħdu l-isptar Mater Dei għal kura. Il-karozza sofriet ħsarat kbar wara l-impatt.
Jidher li l-passiġġiera sofriet feriti serji.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-ħabta kienet waħda frontali. Id-double decker, fit-tentattiv li tevita l-Jaguar, telgħet fuq il-bankina u kaxkret dwal tat-traffiku qabel ma waqfet mal-ħajt. Il-parti ta’ quddiem tagħha ġarrbet ħsarat sostanzjali.
Sitta ttieħdu l-isptar b’kollox, inkluż ix-xufier tad-double decker u tliet passiġġieri li kienu abbord, ilkoll barranin.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex jiġi stabbilit eżattament dak li ġara.

