Lokali

Alicia Bugeja Said indifferenti quddiem l-annimali maqfula

Indifferenti.

Din kienet ir-reazzjoni tas-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said quddiem il-fatt li erba’ ljuni u panetra ilhom maqfulin f’razzett fin-Naxxar mill-1 ta’ Jannar.

U huwa proprju għalhekk li t-Tlieta, se ssir protesta organizzatta mil-Programm Vuċi Għall-Animali u li hija appoġjata minn iktar minn 20 organizzazzjoni oħra. Iżda minkejja li din is-sitwazzjoni ġabet kritika enormi, anka internazzjonalment, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said kienet indifferenti.

Tant li mitluba mill-ġurnalisti ta’ dan l-istazzjon għal sempliċiment kumment…. hi għażlet li tibqa’ mixja, u ma twieġeb xejn.

Intant, il-protesta bl-isem ta’ Roaring for Freedom se tkun qed issir it-Tlieta quddiem l-Uffiċju tad-Direttorat tal-Veterinarju; il-VRD fis-6:15pm. U l-organizatturi qed jappellaw lil dawk kollh li għandhom l-annimali għal qalbhom sabiex ikunu preżenti u jsemmgħu leħinhom.