Raġel mill-Gudja weġġa’ gravi wara inċident li seħħ ilbieraħ fis-5:45pm, fi Triq Birżebbuġa, f’Birżebbuġa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza Smart misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Gudja, u Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 36 sena li tgħix Ħaż-Żabbar.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa
ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>