Il-Kunsill Lokali tan-Nadur f’kollaborazzjoni mal-Pulizija tal-Komunità nstallaw numru ta’ kameras tas-CCTV f’numru ta’ spazji pubbliċi fosthom Ġnien il-Kunsill, il-Bandli tal-Ħali u l-Bandli ta’ San Blas. Dan il-proġett sar parti mill-wegħda li kien għamel dan il-Kunsill bil-għan li jkunu aktar spazji pubbliċi siguri fil-lokalità tan-Nadur.
L-għan tal-kameras huwa sabiex jiġu eliminati l-atti ta’ vandaliżmu kif ukoll biex jipprovdu serħan il-moħħ għall-persuni li jmorru f’dawn il-postijiet.
Intant, dan il-proġett ġie inawgurat f’konferenza tal-aħbarijiet li saret it-Tnejn filgħodu bil-preżenza tal-istudenti tal-iskola Primarja tan-Nadur.
//= $special ?>