Lokali Parlament

Is-sostenibbiltà hi importanti fl-inklużjoni

Graziella Galea, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet fil-Parlament li s-sostenibbiltà hi importanti fl-inklużjoni

Graziella Galea qalet li l-volontarjat ma jimxix waħdu anzi s-soċjetà għandha kontribut x’tagħti. Is-sostenibbiltà fl-inklużjoni hi importanti ħafna iżda fadal sitwazzjonijiet fejn il-ġenituri ta’ persuni bi bżonnijiet partikolari jsibuha diffiċli biex jagħtu l-edukazzjoni lit-tfal taghħom.

L-edukazzjoni hi l-bażi tas-soċjetà hekk għandu jkun hemm iktar għarfien dwar il-kundizzjonijiet li jeżistu.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet fuq l-importanza li kulħadd ikun inkluż b’edukazzjoni xierqa u kkritikat lil min jippreferi jħallas il-multa u ma jimpjegawx persuni b’diżabbiltà.

Hi qalet li fil-volontarjat is-sostenibbiltà hi importanti ħafna u qalet li hawn nuqqas ta’ volontiera. Għalhekk għandhom isiru iktar inizjattivi bħal-leave speċjali u tnaqqis fit-taxxi għall-volontiera, sostniet Graziella Galea.