Il-President tal-Ekwador, Daniel Noboa, politiku taċ-ċentru-lemin, rebaħ ir-rawnd deċiżiv tal-elezzjoni presidenzjali f’pajjiżu u bir-riżultat li hu, issa, għandu jservi għal mandat sħiħ validu għal erba’ snin.
Noboa, li fisser ir-rebħa bħala waħda storika, ilu biss fil-poter minn Novembru tal-2023 wara li kien rebaħ elezzjoni bikrija.
L-aktar aspett li ddefinixxa l-mandat tiegħu, s’issa, kienet il-kampanja militari riġida kontra l-gruppi tal-kriminali fl-Ekwador. Pajjiż li sar fost l-aktar vjolenti fir-reġjun Latin Amerikan.
L-isfidanta għall-Presidenza, Luisa González, li tirrappreżenta lill-moviment politiku tax-xellug, qalet li ma taċċettax dan ir-riżultat fost l-akkużi dwar frodi fil-proċess.
Intant, González mhix qed tissostanzja l-akkużi bil-provi u meta l-Kunsill Elettorali fi Quito sostna li r-rebħa għal Noboa hi waħda deċiżiva u meta mifhum li l-President kiseb maġġoranza ta’ xejn anqas minn 56 fil-mija.
//= $special ?>