Napoli jkomplu bit-tama’ li jirbħu s-Serie A hekk kif żammew id-distakk ta’ tliet punti minn ma’ Inter f’ras il-klassifika b’rebħa tajba ta’ 3-0 fuq Empoli.
Żewġ plejers ta’ Manchester United Scott Mctominay u Romelu Lukaku jkunu l-protagonisti f’din ir-rebħa.
I Partonopei jiftħu l-iskor wara 18-il minuta minn konklużjoni tajba tal-Iskoċċiż McTominay minn assist brillanti tal-Belġjan Romelu Lukaku. Lukaku jżomm il-ballun tajjeb u jirnexxielu jilagħb pass filltranti lejn McTominay li b’inseriment tajjeb jidħol fil-kaxxa u jegħleb lil Vasquez.
Fis-56 minuta Napoli jirdoppjaw din id-darba jkun l-awtur tal-ewwel assist, Romelu Lukaku li jiskorja b’xutt tajjeb indirizzat lejn l-ewwel lasta tal-goalkeeper Vasquez.
Id-dopjetta Mctominay u Lukaku lura fl-azzjoni b’gowl ieħor hekk kif l-Iskoċċiż jiskorja t-tieni gowl tal-partita minn assist ieħor ta’ Lukaku fil-61 minuta. Din id-darba kross ta’ Lukaku mix-xellug isib il-midfielder li jixħet ġewwa bir-ras.
Il-Ġimgħa
Udinese v Milan 0-4
Is-Sibt
Venezia v Monza 1-0
Inter v Cagliari 3-1
Juventus v Lecce 2-1
Il-Ħadd
Atalanta v Bologna 2-0
H. Verona v Genoa 0-0
Fiorentina v Parma 0-0
Como v Torino 1-0
Lazio v Roma 1-1
Illum
Napoli v Empoli 3-0