Nicolai Mallia ta’ 15-il sena kellu bidu brillanti fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ tal-għaxar pin bowling hekk kif lagħab serje ta’ 331 fuq 6 logħbiet biex għadda mal-aqwa 4 minn 91 bowler.
Imbagħad kellu jiffaċċja lil Frank Stephenson mir-Renju Unit, bowler ieħor xellugi bħalu. Nicolai ħa vantaġġ żgħir mill-5 frame, iżda mbagħad splt sfortunat ħalla l-bieb miftuħ għal Frank li b’5 strikes wara xulxin għeleb lil Mallia 235-204. Midalja tal-bronż ferm meritata għal Mallia, filwaqt li Frank kompla biex rebaħ il-midalja tad-deheb fil-final.
Iż-żgħażagħ kollha tagħna lagħbu tajjeb f’din l-ewwel ġurnata, b’Kayden Lagana’ jispiċċa fl-20 post b’medja ta’ 204.5, Travis Barbara fl-24 post (202.8) u Tomas Caruso fl-34 post (195.5).
Nhar l-Erbgħa li ġej se jintlagħbu l-partiti mill-kategorija Doubles
//= $special ?>