Niġerjan ta’ 34 sena, tilef ħajtu wara li nqabad bejn xi prodotti u makkinarju waqt li kien
qiegħed iħott l-istess prodotti f’container.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:00, f’fabbrika fi Triq is-Santwarju tal-Ħlas, Ħal Qormi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, iżda l-ħaddiem sfortunatament ġie ċċertifikat
mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.