Il-Partit Laburista baqa’ ma kkundannax l-attakk li sar fuq l-Ombudsman mill-klikka estremista tal-Labour; attakk li kien ko-ordinat minn Neville Gafà fuq il-blogg tiegħu. Bl-esponent Laburista juża aġġettivi bħal “puppatur” u “ardit”.
Fl-isfond ta’ dan l-attakk fuq l-Ombudsman, il-Ministru Owen Bonnici fl-ebda ħin ma lissen imqar kelma waħda ta’ kundanna; anzi, stqarr li l-Ombudsman qiegħed hemm għall-iskrutinju ta’ kulħadd.
Barra l-Parlament, kienet biss id-deputat Ramona Attard li ċanfret dan it-tip ta’ lingwaġġ. Filwaqt li Owen Bonnici irrefera għal dawn l-attakki bħala “kritika”.
L-eks Imħallef spiċċa fil-mira tal-klikka estremista tal-Labour, u kien l-aħħar vittma ta’ dawn l-artikli għoxxeni li qed jiġu ippubblikati online regolarment – artikli bl-addoċċ, b’lingwaġġ aħrax u partiġġjan, u f’turija ċara li Abela tilef kull kontroll.
Fl-aħħar jiem, l-estremisti tal-Labour komplew ixerrdu din in-narrattiva aggressiva kontra l-Partit Nazzjonalista u dawk kollha li ma jaqblux miegħu tant li Neville Gafà qed jinsisti li hemm impjiegi mal-Gvern li għandhom imorru għal-Laburisti biss.
//= $special ?>