L-għażla, għal bosta bil-wisq sorprendenti ta’ Ilyas Chouaref, li rrifjuta li jibqa’ jistenna li forsi jkun imsejjaħ mit-tim nazzjonali tal-Marokk biex jilgħab magħhom, u minflok ikkommetta l-futur internazzjonali tiegħu ma’ Malta, laqtet l-għajn ta’ bosta, partikolarment fi Franza, fl-Iżvizzera u mhux anqas fil-Marokk.
Sa ftit tal-ġimgħat ilu, ħadd ma kellu ħjiel li l-winger offensiv ta’ 24 sena seta’ kellu rabta jew dixxendenza Maltija, inkluż hu. Kien għalhekk li l-istorja ta’ Chouaref li ddebutta ma’ Malta fl-ewwel logħba tiegħu kontra l-Finlandja, kienet storja ta’ interess u li nisslet kurżità, b’ħafna kienu dawk li spiċċaw jistaqsu diversi domandi.

Ilyas Chouaref fl-azzjoni fis-Super League tal-Iżvizzera mal-klabb tiegħu ta’ FC Sion.
Għalkemm meta sirna nafu l-ewwel darba bih, u bir-rabta Għawdxija li Chouaref għandu, bdejna nsiru nafu aħjar lill-plejer, meta tisma’ l-istorja propja u mitkellma mill-plejer innifsu, din tqanqal aktar kurżità u fattwalment tiskopri l-konnessjoni vera u propja ta’ dan il-plejer ma’ Malta u li fl-aħħar mill-aħħar għamlitu eleġibbli bi dritt għall-passaport Malti.
Din l-istorja mhijiex biss waħda interessanti iżda fiha hafna kurżitajiet. Hu fatt magħruf li wara li lagħab għal Franza fil-livell tal-youths, Chouaref kien umli biżżejjed li fehem li ma kellux ċans jilgħab mal-kbar ta’ Franza. Għaldaqstant peress li l-ġenituri tiegħu t-tnejn li huma għandhom nazzjonalità Marokkina, il-ħolma ta’ Chouaref kienet li jilgħab għat-tim nazzjonali Marokkin. Iżda mhux hekk ġara.
Peress li l-ġenituri ta’ Chouaref, it-tnejn li huma għandhom nazzjonalità Marokkina, il-ħolma ta’ Chouaref kienet li jilgħab għat-tim nazzjonali Marokkin. Iżda mhux hekk ġara.
Chouaref ma kellu ebda idea li hu għandu dixxendenza Maltija, u wara li kkonferma l-għeruq tiegħu, u li l-bużnannu matern tiegħu kien Malti, kollox inbidel u l-plejer ta’ 24 sena ta’ FC Sion, ħa d-deċiżjoni li jilgħab għal Malta.
F’intervista ma’ footmercato.com, Chouaref jirrakkonta waħda minn dawk l-istejjer li kultant bilkemm jitwemmnu. Kellha tkun l-MFA, li sforz il-perseveranza tagħha, partikolarment tal-President Bjorn Vassallo, dawn għamlu l-ewwel kuntatti mal-plejer u infurmawh b’dak li qatt ma kien jaf bih, ċioè li hu għandu għeruq Maltin.
Kellha tkun l-MFA, li sforz il-perseveranza tagħha, partikolarment tal-President Bjorn Vassallo, dawn għamlu l-ewwel kuntatti mal-plejer u infurmawh b’dak li qatt ma kien jaf bih, ċioè li hu għandu għeruq Maltin.
Fil-verità l-familja kollha ta’ Chouaref ma kellha ebda idea bir-rabta tagħhom ma’ Malta, lanqas omm il-plejer li għandha oriġini Maltija. L-unika persuna li kien jaf li l-familja Chouaref kellha x’taqsam ma’ Malta fl-imgħoddi, kien iz-ziju ta’ Ilyas.
“Fittixt dak kollu li kien hemm bżonn u kelli prova li l-familja l-antika tiegħi kienet tgħix fuq gżira, li fl-aħħar mill-aħħar kienet tabilħaqq Malta. Kelli konferma tal-evidenza mill-familja tiegħi. Allura meta din l-informazzjoni riċerkata kienet uffiċjali, għażilt li naċċetta li nilgħab għal Malta,” tenna Chouaref.
L-istilla l-ġdida tat-tim nazzjonali Malti jgħid ferm aktar minn hekk. “Malta, permezz tal-MFA, kienet ilha ssegwini. Kienu diġà kkuntattjawni kemm-il darba, bl-ewwel kuntatt tagħhom miegħi kien f’Ottubru li għadda. Jien mhux se nigdiblek, għall-ewwel lanqas interess ma kelli u kont qed ngħid le peress li ż-żewġ ġenituri tiegħi huma Marokkini. Iżda meta skoprejt li l-bużnannu tiegħi kien tassew Malti, minn dak il-ħin bdejt naħsibha differenti,” kompla jgħid Chouaref.

Ilyas Chouaref flimkien m’ommu, li twieldet il-Marokk iżda hi ta’ dixxindenza Maltija, minn Għawdex.
“Iżda meta skoprejt li l-bużnannu tiegħi kien tassew Malti, minn dak il-ħin bdejt naħsibha differenti,” kompla jgħid Chouaref.
Il-winger veloċi, li jilgħab l-aktar fuq ix-xellug, ikompli jikxef aktar dettalji mill-istorja li sal-lum kienet mistura.
“F’Ottubru li għadda niftakar li kont irċevejt l-ewwel messaġġi mingħand il-President tal-MFA. Għall-bidu lanqas biss tajt kashom, għaliex sa dakinhar ma kelli ebda prova ta’ dak li bdew jgħiduli u agħar minn hekk ħadd mill-familja tiegħi ma kien qatt qalli dwar din ir-rabta. Niftakar li l-President Vassallo, dakinhar, waqt li kelli t-taħriġ, kien ċempilli diversi drabi. U allura fl-aħħar kont ħadt id-deċiżjoni li nirrispondiħ,” jispjega Chouaref.
Imwieled fi Franza, iżda aktar ta’ oriġini Marrokina, u saħansitra anke Alġerina, Chouaref żied jgħid li “wara dakinhar kienu ntbagħtu diversi provi li jikkonfermaw li l-bużnannu tiegħi kien Malti. Għalhekk ħsibt, u ddeċidejt, li jekk kien hemm wieħed minn tal-familja li kien Malti, jien kelli naċċetta l-istedina li kienet qed issirli mill-MFA,” tenna Chouaref.
“Wara saħansitra skoprejt li l-kunjom Chouraef kien ġej mill-kunjom tal-bużnannu tiegħi, Xuereb. Però tistaqsinix kif l-MFA kienu jafu b’dan id-dettall li sa dakinhar lanqas jien ma kont naf bih. Meta raw li kont ftit aktar interessat fl-istorja tal-passat tiegħi, fil-bużnannu tiegħi, reġgħu ġew għandi b’aktar provi, li kollha kienu konferma tal-identità tiegħi,” ikompli jgħid Chouaref.
“Anke n-nannu, qabel ma miet riċentement, spjegali li missieru kien jgħix fuq gżira u oħtu wkoll.” jispjega Chouaref.

“Id-dati tat-twelid kienu jaqblu ma’ dawk fuq il-karti u d-dokumenti tal-awtoritajiet Maltin u dawk magħrufa. Anke n-nannu, qabel ma miet riċentement, spjegali li missieru kien jgħix fuq gżira u oħtu wkoll. Meta skoprejna din l-informazzjoni, il-familja kollha tiegħi marret tistaqsi lin-nanniet tiegħi għat-tweġibiet,” kompla jispjega b’tant interess Chouraref.In-numru disgħa tat-tim nazzjonali Malti kompla jgħid li qabel ma ġie għall-ewwel logħba ma’ Malta kien xi ftit beżgħan. “Meta wasalt f’Malta, għedt lili nnifsi li hawn kienet se tkun diffiċli, li n-nies kienu se jarawni bħala Malti falz. Imma xejn minn dan ma seħħ fl-aħħar mill-aħħar. Mill-ewwel bdejt inħoss element ta’ familja, u tawni merħba mill-aqwa. Ma poġġewnix f’kategorija separata. F’kemm ili ngħidlek bdejt inħossni parti minnhom, qisni li nafhom żmien, tant li qaluli “int għażilt lil Malta, allura int Malti issa.”
Għaldaqstant, f’dan ir-rakkont kollu, Chouaref jgħid li ma ħass xejn stramb u d-debutt tiegħu ma’ Malta kienet esperjenza mill-isbaħ li se jibqa’ jiftakar.
//= $special ?>