Għall-ħabta tan-12:30pm, il-Pulizija issejħu f’San Ġiljan wara li persuna ntlemaħ mitluf minn sensih qrib il-baħar. Il-każ seħħ fuq ix-xaqliba tal-lukanda Cavlieri.
Fil-post waslet ambulanza u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Net News jinsab infurmat li r-raġel tilef ħajtu waqt li kien f’diffikultà waqt li kien qed jgħum.
Il-vittma huwa turist barrani, u jirriżulta li kien f’pajjiżna għal btala.
Dwar il-każ infetħet inkjesta.
Il-Pulizija għaddejin bl-investigazzjonijiet.


