L-Uffiċċju tal-Prosekutur li jitratta l-każi tat-terroriżmu qed jinvestiga allegata ‘kampanja ta’ intimidazzjoni’ wara li xi nies, fil-lejl tat-Tnejn, taw in-nar lill-vetturi barra diversi kumplessi tal-ħabs u meta anki kienu sparati xi tiri lejn wieħed minn dawn il-kumplessi….Ilkoll azzjonijiet li qed iħassbu sew lill-awtoritajiet Franċiżi.
Il-Ministru Franċiż għall-Ġustizzja, Gerald Darmanin, tenna li ‘dawn l-azzjonijiet ta’ intimidazzjoni’ qed ikunu speċifikament immirati għall-awtoritajiet li jikkontrollaw il-ħabsijiet u meta huma wkoll relatati mal-politika tal-Gvern biex irażżan it-traffikar tad-droga fil-pajjiż.
Il-kumplessi li sfaw mira għall-attakki jinsabu fl-inħawi ta’ Toulon, Aix-En-Provence, Marsilja, Valence u Nîmes, li jinsabu fin-Nofsinar ta’ Franza – kif ukoll fil-viċinanzi ta’ Villepinte u Nanterre, ftit ‘il hinn minn Pariġi.
//= $special ?>