Sport

FUTSAL: Swieqi United LEC07 dawru telfa f’rebħa

Swieqi United LEC07 dawru telfa f’rebħa sabiex għelbu liċ-champions attwali Lija Athletics 2-1 fl-ewwel finali tal-Enemed Women’s Futsal League.

Lija iddettaw fl-ewwel taqsima fejn saħansitra marru fil-vantaġġ iżda fit-tieni taqsima, Swieqi wettqu reazzjoni tant li mal-gowl tal-1 – 1 saħansitra rebħu l-partita 2 – 1

Kienet Hailey Russell li poġġiet lil Lija fil-vantagg fit-23 minuta sabiex fit-tieni taqsima, Amy Abdilla skorjat freekick mill-isbaħ qabel ma’ Jasmine Vella Turner kienet sfortunata li wettqet awtogowl u gowl tar-rebħa għal Swieqi United.

Iż-żewġ naħat jiltaqgħu fit-23 ta’ April għat-tieni finali u jekk Swieqi jirbħu, ikunu dikjarati champions għal dan l-istaġun. Jekk eventwalment jirbħu Lija, ikun hemm bżonn it-tielet finali li tintlagħab fit-30 ta’ April, dejjem fil-Padijun ta’ De La Salle, fil-Birgu.