It-Triatleta Malti Keith Galea Kellu debutt mill-aqwa hekk kif il-ġimgħa li għaddiet tellaq għall-ewwel darba għal TEAM BARRY bi prestazzjoni mill-aqwa fi Spanja. Galea fetaħ l-istaġun tiegħu b’tellieqa Half Ironman f’Deltebre, fi Spanja. It-temp kien wieħed ideali ħafna biex wieħed jagħmel prestazzjoni tajba bi ftit riħ u xemxi.
Galea kellu għawma tajba ħafna hekk kif tela’ mill-ilma mal-ewwel grupp fis-seba’ post. Fuq ir-rota Galea żamm pass tajjeb ħafna b’medja ta’ kważi 40k/h f’ħin ta’ sagħtejn u disa’ minuti u spiċċa bin-nofs maratona f’siegħa u tnejn u għoxrin minuta biex għamel it-tellieqa f’ħin ta’ tliet sigħat u tnejn u ħamsin minuta. Grazzi għal din il-prestazzjoni, Galea temm fil-ħdax-il post u t tmien wieħed fil-kartegorija tiegħu
Galea tejjeb il-ħin personali tiegħu u huwa l-ewwel Malti li niżel taħt l-erbgħa sigħat fuq din id-distanza. Galea qal li għadda minn żmien ta’ inċertezza peress il-club li kien fih minn mindu beda dan l-isport ta’ disa’ snin, Birkirkara St Joseph, għalaq il-bibien tiegħu wara ħamsin sena attiv.
//= $special ?>