Somalu ta’ 29 sena, Ahmed Mohamed Awale, residenti Raħal Ġdid, wieġeb mhux ħati li kkaġuna ġrieħi gravi lil raġel ieħor waqt ġlieda. Il-prosekuzzjoni qalet lill-Qorti li l-argument seħħ fi Triq San Pawl, fil-Pjazza tal-Ħamrun, li tinsab eżatt ħdejn l-iskola.
L-akkużat allegatament iġġieled lill-vittma b’arma irregolari. Malli l-avukat difensur talab il-ħelsien mill-arrest, l-Avukat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Clive Aquilina oppona bil-qawwa t-talba fejn sostna li l-akkużat attakka lill-vittma fid-dawl tax-xemx, fil-ħinijiet meta t-tfal ikunu qed joħorġu mill-iskola.
Hu qal irrabjat li “l-post inbidel f’ġungla.”
Il-Maġistrat Caroline Frendo Farrugia ċaħdet il-ħelsien mill-arrest lill-akkużat.
L-avukat tal-għajnuna legali Guilia Micallef Stafrace irrappreżenta lill-akkużat.