Lokali

Raġel weġġa’ ħafif wara li ċeda scaffolding fl-Imsida waqt li għaddejin ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-flyover

Ambulanza u membri tas-CPD issejħu fl-Imsida wara li ċeda scaffolding biswit it-triq li twassal lejn l-Iskate Park. Dan hekk kif għaddejin ix-xogħlijiet fuq din ir-rotta bħala parti mill-proġett tal-flyover tal-Imsida.

Il-każ seħħ ftit wara l-11am.

Net News jinsab infurmat li hemm mill-inqas ħaddiem wieħed li sofra xi feriti ħfief. Ir-raġel għandu 33 sena u jgħix Ħal Luqa.

Fil-post waslu wkoll membri tal-OHSA li qed jinvestigaw id-dinamika tal-każ. Għalkemm jidher li fil-ħin tal-inċident, fil-post kien qed jingħata xi konkos.