F’Villa Park Aston Villa għelbu lil PSG bl-iskor ta’ 3-2, li madanakollu riżultat li ma kienx biżejjed biex jikkwalifikaw, b’PSG jgħaddu għas-semi finali bi skor aggregate ta’ 5-4. PSG marru żewġ gowls vantaġġ kmieni fil-partita b’gowls ta’ Achraf Hakimi u Nuno Mendes. Fl-34 minuta Yuri Tielemans naqqas id-distakk b’konklużjoni devjata li għelbet għal kollox lil Donnarumma. Aston Villa kisbu l-gowl tad-draw fil-55 minuta permezz ta’ John McGuinn, b’Ezri Konsa jitfa’ lil Villa fil-vantaġġ tliet minuti wara. Minkejja diversi okkażżjonijiet ta’ skor, Gianluigi Donnarumma kien strumentali għal PSG biex żamm l-iskor intatt u ta kwalifikazzjoni għat-tim Franċiż.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum
Aston Villa v PSG (4-5) 3-2
Dortmund v Barcelona (3-5) 3-1
Għada
R.Madrid v Arsenal (0-3) 9.00pm
Inter v B.Munich (2-1) 9.00pm