Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident ma’ vann u karozza.
Il-każ seħħ ftit qabel id-9am, fi Triq Diċembru 13, fil-Marsa.
Ir-raġel, li għandu 36 sena, kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha. Il-vann, tat-tip Isuzu, kien qed jinstaq minn raġel ta’ 52 sena li jgħix il-Fgura filwaqt li l-vettura l-oħra kienet tal-għamla Hyundai misjuqa minn raġel ta’ 53 sena.
Fil-post waslu Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard, stqarrija tal-Korp ikkonfermat li s-sewwieq tal-mutur weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.
//= $special ?>