Lokali

Stqarrija iebsa mill-Kamra tal-Periti: Anke Infrastructure Malta trid tkun suġġetta għal-liġijiet

Il-Kamra tal-Periti tinsab urtata għall-attitudni li ttieħdet mill-awtoritajiet governattivi wara l-każ serju li seħħ dalgħodu fil-proġett tal-Imsida Creek. Dan hekk kif ċediet parti mill-iscaffolding li ntrama fil-ġenb tat-triq.

Il-Periti innutaw li l-BCA u l-OHSA donnu għalqu għajnejhom għal dan il-każ u ma ħarġu ebda stqarrija.

Huma insistew li l-liġi qedgħa hemm anke għal Infrastructure Malta, u l-proġetti maġġuri tal-Gvern.

Il-Kamra tal-Periti appellat ukoll biex jiġu aġġornati l-liġijiet ta’ pajjiżna, sabiex ma jkunx hemm aktar eżenzjonijiet għal awtoritajiet bħal Infrastructure Malta.