Internazzjonali

Trump jiffriża 2 biljun dollaru f’fondi għall-Università ta’ Harvard

L-Amministrazzjoni ta’ Donald Trump se tkun qed tiffriża aktar minn żewġ biljun dollaru f’fondi federali għall-Università ta’ Harvard – dan wara li l-kulleġġ prestiġjuż ċaħad numru ta’ talbiet li saru minn Trump.

Harvard University ċaħdet lista twila ta’ talbiet li għamel Donald Trump, wara li stqarret li dawn it-talbiet qed isiru biex l-istat ikollu aktar kontroll fuq din l-Università, bil-President tal-Universtià Alan Garber jistqarr illi li kieku taċċetta dawn it-talbiet, l-Università tkun qed tnaqqar mid-drittijiet kostituzzjonali tagħha.

lI-President tal-Università spjega li minkejja li numru ta’ talbiet mill-Gvern qed isiru biex jiġi miġġieled l-anti semitiżmu, il-maġġoranza huma regolamenti diretti li jaffettwaw il-kundizzjonijiet intellettwali tal-Università.