Parti integrali li minn dejjem spikkat waqt id-diskussjoni tal-Ħadd filgħaxija dwar il-futbol lokali, Replay hu li l-programm dejjem kien kapaċi jsib bilanċ bejn mumenti serji u oħrajn anqas serji. X’iġifieri?
Bħal pereżempju l-preżentatur Christian Micallef jew il-mistieden residenti Konrad Sultana, f’nofs diskussjoni serja, jirnexxilhom idaħħlu battuta umoristika jew kumment ħelu, li ma jweġġax, biex jiġbed saqajn ħadieħor. Mhux l-ewwel darba li jkollna minn dawn il-mumenti f’Replay.
Nhar il-Ħadd li għadda però, kien wieħed mill-mistiedna, b’kollegament awdjoviżiv, Joe Caruana Curran, li kien qed jintervjeni waqt Replay bħala Eks President ta’ Valletta FC u sabiex ifaħħar ix-xogħol li għamel f’din l-aħħar sena, il-President attwali tal-klabb, Claudio Grech.
F’nifs wieħed, Caruana Curran awgura lil Grech li ma’ Valletta, fir-rwol ta’ President jirbaħ tazzi u unuri aktar minn kull President ieħor ta’ Valletta fil-passat, iżda fl-istess waqt fakkru li jagħmel x’jagħmel Grech, hemm trofew partikolari li qatt ma jista’ jirbħu, bħalma rnexxielu jagħmel Caruana Curran fis-sena taċ-Ċentinarju.
Araw ftit kif Caruana Curran kien abbli żerżaq dan il-kumment ħelu waqt Replay lil Grech biex jiċċajta miegħu: