Nhar is-Sibt li għadda, Valletta FC iċċelebraw b’mod uffiċjali l-promozzjoni għall-Malta Premier u r-rebħ taċ-Challenge League, fit-tmiem tal-istaġun 2024/25.

Ritratt ta’ Catriel Farrugia Sghendo
Valletta lagħbu l-aħħar konfront tal-Kampjonat kontra Marsa u rebħu 3-0, biex fit-tmiem tal-partita, il-captain tal-Beltin, Brandon Paiber kien ippreżentant bit-trofew ta’ champions ta’ dan il-Kampjonat, mill-President tal-MFA, Bjorn Vassallo fil-presenza ta’ rappreżentant tal-isponsors tal-Kampjonat, BOV.
Wara l-partita segwew ċelebrazzjonijiet kbar mill-partitarji Beltin, kemm fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’Qali kif ukoll f’Triq ir-Republika fil-Belt Valletta.

Ritratt ta’ Catriel Farrugia Sghendo
Il-cameraman ta’ Net Television, Bernie Dimech kien preżenti għal dawn il-mumenti u dawn huma l-aqwa filmati mill-lenti tiegħu.