Iż-żewġ timijiet Maltin tal-Blackball li qed jirrappreżentaw lil Malta fit-tazza tan-nazzjonijiet 2025 fi Bridlington, kisbu s-suċċess mixtieq meta waslu sas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni.
It-tim ta’ taħt it-23 sena kellu żewġ rebħiet tajba kontra l-Ingilterra A 13-12 u Wales B 15-10 sabiex ġabu l-punti meħtieġa biex javvanzaw għal mal-aħħar erbgħa.
Anke t-tim ta’ taħt il-15-il sena kisbu r-rebħa li kellhom bżonn wara li għelbu lil Wales 10-5.
Illum jidħlu fl-azzjoni dawn iż-żewġ timijiet hekk kif it-tim ta’ taħt il-15-il sena ta’ Malta jilgħab kontra l-Ingilterra filwaqt li t-tim ta’ taħt it-23 sena għandu impenn kontra l-Iskozja.
Fil-kompetizzjoni individwali, Jake Castaldi għadda għar-round li jmiss meta għeleb lil Tom Seaton 4-2 b’Denzel Falzon li safa’ eliminat minn Riley Patterson 4-3.
Jake Castaldi se jkun qed jilgħab kontra Bailey Earlston.
Fid-doubles, il-koppja Nick Muscat u Denzel Falzon ġew eliminati minn Daragh Carragher u Noah Corkish 4-2.

