Raġel Malti residenti l-Mellieħa ammetta li weġġa’ ħafif uffiċjal tal-pulizija, li m’obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-pulizija u li saq mingħajr liċenzja valida. Huwa mifhum li waqt ‘road block’, l-akkużat ġie ordnat iwaqqaf il-mutur iżda minflok baqa’ jsuq u sussegwentement saq fuq uffiċjal tal-pulizija.
L-uffiċjal ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi ħfief kif ikkonfermat mill-espert mediku Yanica Vella. L-akkużat kien qed isuq ukoll taħt l-effett tal-alkoħol, li qabeż il-limitu stabbilit mil-liġi. Il-mutur tiegħu lanqas ma kien assigurata b’mod validu.
Mal-ammissjoni tiegħu l-Maġistrat Abigail Critien tah struzzjonijiet biex jerġa’ jiltaqa’ mal-avukat tiegħu, u wara kkonferma l-ħtija tiegħu.’ L-avukat difensur Charles Mercieca talab il-ħelsien mill-arrest u l-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx. Lanqas ma kien hemm oġġezzjoni biex ikun hemm divjet fuq isem l-akkużat.
Għalhekk, il-Qorti tagħatu l-libertà proviżorja kontra garanzija personali ta’ €10,000 u diversi kundizzjonijiet oħra. Il-każ ġie differit għas-sentenza għas-7 ta’ Mejju fid-9.15am. L-Ispetturi Warren Galea u Ryan Vella mexxew il-prosekuzzjoni.
//= $special ?>