Il-kunċert ta’ Ħadd il-Għid se jsir f’Għawdex nhar il-Ħadd 20 ta’ April 2025.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ser tospita s-Sopran Internazzjonali Spanjola Montserrat Martí Caballé bint il-famuża sopran ta’ l-opera, Montserrat Caballé, magħrufa għad-duett tagħha tal-1987 ma’ Freddie Mercury, “Barcelona”, li aktar tard intużat għal-Logħob Olimpiku tal-1992, hija l-mistiedna prinċipali matul din is-serata.
Montserrat Martí magħrufa bħala Montsita twieldet fil-15 ta’ Novembru 1972, hija għamlet l-ewwel dehra tagħha bħala kantanta fl-1993, fejn kantat ma’ ommha f’Londra. Wara dan, l-omm u bint kantaw flimkien fi ftit okkażjonijiet kemm fuq il-palk kif ukoll fuq recordings
F’età bikrija l famuż kompożitir Vangelis staqsiet lil ommha jekk Martí kantax. Kienet l-ewwel darba li kantaw flimkien, u omm u bint ħassew rabta emozzjonali li damet ħajjithom kollha.
Fl-1998, Martí marret tgħix il-Ġermanja biex tibda l-karriera tagħha bħala kantanta tal-opra. Fl-istess sena, hija kellha r-rwol ta’ Zerlina f’Don Giovanni ta’ Mozart fl-Opra Statali ta’ Hamburg.
Martí kantat f’diversi swali klassiċi u teatri tal-opra madwar id-dinja, bħal Gran Teatre del Liceu, Palau de la Música Catalana u Teatro Real fi Spanja; Teatru Bolshoi u Teatru Mariinsky fir-Russja; Deutsche Oper Berlin, Alte Oper, Musikhalle u Oper der Stadt Köln fil-Ġermanja; Teatro alla Scala f’Milan; Musikverein fi Vjenna; u r-Royal Albert Hall f’Londra.
Ir-repertorju ta’ Martí jinkludi rwoli f’West Side Story ta’ Leonard Bernstein, La casa de Bernarda Alba ta’ Federico García Lorca, Cléopâtre ta’ Jules Massenet u La Vierge; Così fan tutte u Don Giovanni ta’ Mozart; u Edgar u Le Villi ta’ Puccini.
Martí kkollaborat ukoll f’bosta kunċerti ta’ karità fir-Rwanda fl-1994 u fi Praga għal tfal b’diżabbiltà taħt il-Fondazzjoni Olga Havel.
Is-serata se tospita wkoll kantanti lokali, Hilda Grima, Roberta Hili, Gannella Muscat, Ruth Portelli u Angelo Muscat. L-orkestrina tal “JP” se jkun qed takkumpanja lill-kantanti, fil waqt li s-Surmast Dr John Galea se jmexxi l-kunċert.
L-avveniment hu organizzat mill-Komunita tal-Patrijiet ta’ Ġieżu assistiti mid-Direttorat Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, Visit Malta, il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem u l-Fondazzjoni Kulturali “JP2”. Il-kunċert se jsir fil-Knisja ta’ Sant’Anton ta’ Padova f’Għajnsielem, u jibda fit-8pm.
