Ekonomija Lokali

Tkompli tiżdied ir-rata tal-għoli tal-ħajja

FʼMarzu 2025, ir-rata annwali tal-inflazzjoni kif imkejla mill-HICP kienet taʼ 2.1 fil-mija; żieda mit-2.0 fil-mija taʼ Frar 2025.

Dan kien ippubblikat fiċ-ċifri li ġew iċċirkolati mill-NSO.

FʼMarzu, l-ogħla rati annwali taʼ inflazzjoni kienu rreġistrati fl-Edukazzjoni (5.2 fil-mija) u fil-Prodotti u servizzi varji (3.8 fil-mija).

Min-naħa l-oħra, il-Komunikazzjoni (-4.9 fil-mija) u l-Għamara, it-tagħmir tad-dar u l-manutenzjoni kontinwa tad-dar (0.5 fil-mija) rreġistraw l-aktar rati baxxi tal-inflazzjoni annwali.

FʼMarzu 2025, l-akbar kontribuzzjoni pożittiva għall-inflazzjoni annwali ġiet mill-indiċi tal-ikel u x-xorb mhux alkoħoliku (+0.57 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tax-xorb mhux alkoħoliku.

It-tieni u t-tielet l-akbar kontribuzzjonijiet għall-inflazzjoni annwali kienu nnotati fl-Indiċi tar-Ristoranti u l-lukandi (+0.40 punti perċentwali) u fl-Indiċi tat-Trasport (+0.39 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tas-servizzi tar-ristoranti u tat-trasport bl-ajru, rispettivament.

Il-kontribuzzjoni negattiva għall-inflazzjoni annwali kienet irreġistrata fl-Indiċi tal-Komunikazzjoni (-0.19 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet inqas għas-servizzi tal-mowbajl.