“Jaqbillek timxiha”…. “by bus, by sea, by rail equals bye bye” ….“half day tour taghmel… “għal naqra taqbad double decker hop on hop off”.
Kienu dawn uħud mill-kummenti tal-pubbliku, b’reazzjoni għall-hekk imsejjħa “ħolma” li għandu l-Ministru tat-Trasport Chris Bonett bħala parti mis-suppost pjan biex jindirizza l-kriżi tat-traffiku.
Meta mistoqsi mit-Times of Malta dwar il-viżjoni tiegħu fit-tul sabiex itaffi t-traffiku u kif se jtejjeb l-infrastruttura ta’ pajjiżna….huwa qal li se jkun qed jinvesti f’integrated transport system. Fejn spjega li għandu ħolma li wieħed jaqbad ferry, mbagħad bus, mbagħad metro jew monorail jew tram biex jasal minn Wied il-Għajn għal ta’ Qali.
Iżda din l-imsejjħa “ħolma” tal-Ministru ma niżlet xej tajjeb mal-pubbliku, fejn ħafna irrimarkaw illi jaqbillek timxiha – għaliex probabbilment tasal qabel.
Wieħed mill-kummenti jispjega kemm ma tagħmilx sens li minn Wied il-Għajn tmur Bormla u wara tmur Ħaż Żabbar, meta tista’ timxi l-bypass l-antika u tasal qabel.
Intant, kienu bosta wkoll dawk illi esprimew il-frustrazzjoni għall-fatt li qed jingħad ħafna kliem iżda azzjoni mill-inqas fejn anke spjegaw li issa tard wisq għaliex il-popolazzjoni kibret iżejjed – b’kumment minnhom jesprimi diżappunt lejn il-kabinett u l-Gvern ta’ Abela illi rikbu bus vojta f’Għawdex; sinjal li huma totalment maqtugħin mir-realtà.
Fl-aħħar ġimgħat il-Ministru Chris Bonett ippubblika strateġija sabiex suppost jibda jikkumbatti l-problema serja tat-traffiku f’pajjiżna; strateġija li aktar ma jmur jidher li mhi qed tinżel xejn tajjeb mal-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>