Lokali

Il-Knisja timmarka jum Ħamis ix-Xirka bit-tberik taż-żjut

Il-ġurnata ta’ Ħamis ix-Xirka, tat bidu għat-tridu tal-Għid. Propju l-aktar tlett ijiem importanti għall-Insara illi jwasslu għall-qawmien ta’ Ġesu Kristu.

Kien għalhekk illi bħal kull sena, l-Arċisqof Charles Scicluna mexxa l-quddiesa taż-Żjut fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta.

F’din iċ-ċelebrazzjoni, tbierku ż-żjut li jintużaw fis-sagramenti kollha ta’ matul is-sena, li jikkonsistu fiż-żjut tal-morda, tal-katekumeni u tal-griżma.

Fil-kliem tiegħu, l-Arċisqof iddeskriva din il-ġurnata bħala jum it-tiġdid tal-Knisja, tiġdid għall-poplu qaddis ta’ Alla.

Bl-Arċisqof Scicluna jispjega li din il-ġurnata wkoll, hija waħda li tiċċelebra l-Ewkaristija u s-saċerdozju.