Internazzjonali

Ir-Re Charles b’messaġġ għal żmien l-Għid

Id-dinja għadha teħtieġ il-fidi, it-tama u l-imħabba.

Dan kien il-messaġġ li wassal ir-Re Charles għal żmien l-Għid, fejn semma’ kif l-umanità kapaċi toffri kemm ħniena u anke kattiverja. Dan huwa l-paradoss tal-ħajja, sostna r-Re fil-messaġġ tiegħu.

Hu qal li f’dan l-Għid għandna niftakru li l-imħabba tibqa’ l-akbar virtu. Dan filwaqt li awgura għall-paċi f’dan iż-żmien qaddis.