Għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar, raġel ta’ 80 sena, li joqgħod Santa Luċija sofra xi ġrieħi f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ fi Triq Ħal Luqa, f’Ħal Luqa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn karozza tat-tip Nissan NV 200, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 22 sena residenti Ħal Għaxaq.
Fuq il-post isejjaħ tim mediku, li taw l-għajnuna lir-raġel, fejn kellhu jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard, ġie ċċertifikat li r-raġel sofra ġrieħi gravi.
Għaldaqstant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għandhom għaddejjin.
//= $special ?>