Lokali

It-tradizzjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-gżira Għawdxija

Id-devozzjoni u l-kultura tal-Ġimgħa l-Kbira fil-gżira Għawdxija hija waħda qawwija ħafna. Bil-parteċipazzjoni u l-interess dejjem jiżdied fost id-dilettanti, sena wara l-oħra.

Fix-Xagħra, il-Kap tal-PN Bernard Grech kellu l-opportunità jiltaqa’ ma’ uħud minn dawn id-dilettanti li jagħtu ħinhom u l-enerġija tagħhom biex itellgħu wirjiet varji b’tant dedikazzjoni.

Mal-Għawdxin, Bernard Grech seta’ jitkellem dwar is-sinifikat ta’ dawn it-tradizzjonijiet antiki – li fost l-Għawdxin għadhom ferm b’saħħithom.

Għal dawn iż-żjarat, Bernard Grech kien akkumpanjat mid-deputati Alex Borg u Charles Azzopardi, kandidati kif ukoll kunsillieri tal-PN.

Fix-Xagħra, il-Kap tal-PN żar diversi wirjiet privati u anke l-knisja li issa lesta għat-Tridu tal-Għid. Żar ukoll is-sede tal-każin tal-banda.

Wara x-Xagħra, Bernard Grech żar ir-Rabat fejn intlaqa’ mis-Sindku Brian Azzopardi, u iddawwar ma’ diversi wirjiet li qed jiġu organizzati.

Intant, aktar kmieni, il-Kap tal-PN żar il-lokalità ta’ Għajnsielem hekk kif intlaqa’ fil-każin tal-banda fejn qed issir esebizzjoni ta’ vari, oġġetti relatati mal-passjoni. Slaleb, kif ukoll kuruni tar-rużarju.

Intant, anke f’Għawdex tul il-lejl tal-Ħamis isiru il-viżti fid-diversi knejjes tad-djoċesi li jibqgħu miftuħin sa tard bil-lejl.