Internazzjonali

Jinstabu traċċi ta’ “ħajja” ‘l barra mis-sistema solari tagħna

Numru ta’ riċerkaturi sabu traċċi ta’ “ħajja” ‘l barra mis-sistema solari tagħna. Bl-esperti jgħidu li dan huwa l-akbar sinjal ta’ gassijiet li huma riżultat ta’ organiżmu ħaj.

Ix-xjentisti użaw teleskopju speċjali biex identifikaw il-ħajja potenzjali fuq il-pjaneta immarkata bħala K2-18 b – pjaneta li mhix fis-sistema solari tagħna.

Din il-pjaneta tinsab 124 light year ‘il bogħod mid-dinja, fil-kostellazzjoni li jisimha Leo.

Ir-riċerkaturi qalu li din il-pjaneta li fuqha jidher li hemm dawn il-gazzijiet u traċċi ta’ ħajja, hija kważi disa’ darbiet akbar mid-dinja.