Żagħżugħ ta’ 25 sena minn San Ġiljan li qed jiffaċċja akkużi relatati ma’ attentat ta’ serq doppju ġie miċħud għall-ħelsien mill-arrest, wara oġġezzjonijiet qawwija mill-prosekuzzjoni. Kurt Muscat ġie mixli li pprova jisraq minn żewġ vetturi li kienu pparkjati.
L-avukat difensur tiegħu talab lill-qorti biex teħles lill-akkużat mill-arrest bl-argument li l-libertà proviżorja xorta tista’ tingħata taħt kundizzjonijiet stretti, bħal ‘house arrest.’ Saħaq li l-arrest f’dan l-istadju, meta persuna għadha preżunta innoċenti, ma sservix għar-riabilitazzjoni tiegħu jew tikkontribwixxi għall-ġustizzja.
Qal ukoll l-oġġezzjonijiet tal-prosekuzzjoni, dwar il-biża’ ta’ tbagħbis tal-evidenza, mhux ġustifkata speċjalment peress li s’issa ma ġewx identifikati jew imħarrka xhieda. Madankollu, il-prosekuzzjoni għal dawn l-argumenti qalet li l-akkużat kellu storja magħrufa ta’ abbuż tad-droga u qabel kien kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.
L-Ispettur Roderick Attard qal li dan juri mudell ta’ nuqqas ta’ konformità u jiġġpustifika l-fatt li t-tħassib li l-akkużat ma jirrispettax ir-restrizzjonijiet tal-pleġġ jekk jinħeles. Il-qorti ċaħdet il-libertà proviżorja, u kkwotat ir-rekord tal-imgħoddi tal-akkużat u t-tħassib tal-proekuzzjoni dwar xkiel potenzjali tal-ġustizzja.
Meta kienet miċħuda l-libertà proviżorja l-akkużat beda jintelaq mal-arti, jsabbar u jterter u pprotesta bil-qawwa kollha l-fatt li kien se jintbagħat il-ħabs. Waslet ukoll l-ambulanza barra l-Qorti, fejn preżenti kien omm l-akkużat li bdiet tgħiodlu jekk kien ħa l-methadone. L-Avukat Mark Mifsud Cutajar, deher f’isem l-akkużat filwaqt li l-Ispettur Roderick Attard mexxa l-prosekuzzjoni.
//= $special ?>