Matul il-jum tal-Ħamis, il-Kap tal-PN Bernard Grech żar diversi wirjiet marbuta mat-tradizzjonijiet u d-devozzjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa; esebizzjonijiet li qegħdin jittelgħu f’diversi żoni madwar il-lokalità tal-Mosta.
Dawn il-wirjiet li huma miftuħin għall-pubbliku sal-Ġimgħa l-Kbira qegħdin jitellgħu f’inħawi varji ta’ din il-lokalità – fejn huma organizzati minn numru ta’ voluntieri u entitajiet kulturali.
Barra minn hekk, dawn il-wirjiet jesponu sensiela ta’ statwi, arti u xogħolijiet relatati mal-ġrajja tal-passjoni ta’ Ġesu’ Kristu.

Waqt dawn iż-żjarat, Bernard Grech wera apprezzament kbir lejn l-impenn tal-voluntieri fil-preservazzjoni u t-tradizzjoni ta’ dan il-wirt reliġjuż u kulturali.
Fil-Mosta, Bernard Grech żar ukoll numru ta’ stabbilimenti u organizzazjonijiet lokali li ilkoll qegħdin itellgħu dawn il-wirjiet, fejn rringrazzjahom għat-talent u l-ħidma kontinwa tagħhom.
Bernard Grech temm dawn iż-żjarat billi rrikonoxxa l-ħila artistika u d-dedikazzjoni tal-voluntieri sabiex iżżommu dawn it-tradizzjonijiet għaddejjin.

Hu żar is-Soċjeta Filarmonika ta’ Santa Marija, il-każin tal-banda Nicolo Isouard, u s-sede tas-Socjeta Piroteknika 15 ta’ Awwissu. Kien hemm ukoll wirjiet f’numru ta’ kappelli.

Matul dawn iż-żjarat, il-Kap tal-PN Bernard Grech kien akkumpanjat mid-deputati David Agius u Ivan Bartolo flimkien ma’ diversi kandidati tal-PN u kunsillieri.
