Sewwieq tal-mutur weġġa’ gravi wara ħabta ma’ karozza fiż-Żejtun

Inċident tat-traffiku seħħ fiż-Żejtun għat-9:30AM, meta żewġ vetturi kienu involuti f’ħabta f’Triq Tal-Barrani. Il-Pulizija ġiet infurmata dwar l-inċident u marret immedjatament fuq il-post.

Mill-istħarriġ preliminari tal-pulizija, irriżulta li l-inċident jinolvi Mazda Demio, li kienet misjuqa minn raġel ta’ 46 sena, residenti fiż-Żejtun, u mutur Honda, li kien misjuq minn raġel ta’ 79 sena, ukoll residenti fiż-Żejtun.

Wara li sejjħu l-għajnuna, tim mediku ġie fuq il-post u l-ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha qed twettaq l-investigazzjonijiet dwar l-inċident.