Lokali

Skeda speċjali fuq Net TV fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa

Illum fis-6:15pm, Net TV se jkun qed iwassal il-quddiesa li fiha ssir iċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn. Dan hekk kif il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta’ Ħamis ix-Xirka.

Fit-8:45pm, Net TV se jxandar id-dramm bl-isem “Il-Ġuri” li ttella’ fil-jiem li għaddew id-Dar Ċentrali tal-PN.

Il-Ġimgħa fit-8am se tixxandar il-via crucis minn Lourdes. Imbgħad wara hemm il-maratona ta’ Puttinu mid-9am sa 3pm u mid-9pm sa nofs il-lejl.

Fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira, fit-3pm tixxandar il-funzjoni u fil-5pm se titwassal il-purċissjoni li ħarġet f’Ħadd il-Palm f’Ħal Għaxaq.

Intant, anke Net FM se jwassal skeda speċjali li tibda mil-lum fil-5pm u l-Ġimgħa tul il-ġurnata kollha.