Erba’ t’ijiem wara li Virgil van Dijk skorja l-gowl tar-rebħa għall-leaders tal-Premier League, Liverpool kontra West Ham United, f’rebħa ta’ 2-1, illum il-klabb Ingliż ħabbru b’mod uffiċjali, li d-difensur ċentrali ġedded il-kuntratt tiegħu b’sentejn.
L-estensjoni tal-kuntratt tal-Olandiż isegwi l-estensjoni ta’ kuntratt ieħor li Liverpool iffirmaw nhar il-Ġimgħa li għadda, ma’ Mohamed Salah. L-Eġizzjan ukoll ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ The Reds, għal sentejn oħra.

Numri u statistika marbuta ma’ Virgil van Dijk, dan l-istaġun ma’ Liverpool, fil-Premier League Ingliż:
Etá | 33 sena
Lagħab 32 partita; 3,202 minuta
Gowls | 2
Assists | 1
Shot assists | 7
Xuttijiet lejn il-lasta | 18; 33.3% minn dan l-ammont kienu fil-lasta
Dwelli difensivi | 131; rebaħ 75.6% ta’ dan l-ammont
Interċettazzjonijiet | 161
Clearances | 115
Fouls imsafra kontra | 15
Fouls imsafra favur | 12
Karti sofor | 3
Karti ħomor | 0
Dribbles | 8; rebaħ 87.5% ta’ dan l-ammont
Recoveries | 386; 23.1% ta’ dan l-ammont saru fiż-żona difiża mit-tim avversarju
B’hekk ġew fit-tmiemhom kwalunkwé spekulazzjoni dwar il-futur ta’ dawn iż-żewġ plejers ma’ Liverpool. L-uniku kuntratt ta’ plejer li s’issa għadu ma kienx imġedded, u probabilment mhux se jiġġedded, hu dak ta’ Trent Alexander-Arnold.
L-internazzjonali Ingliż, li f’Ottubru jagħlaq 27 sena, hu marbut b’kuntratt ma’ Liverpool sal-aħħar ta’ dan l-istaġun, u minkejja li kien hemm diskussjonijiet bejn hu u l-klabb Ingliż, biex ‘Melwood Grandmaster’ jibqa’ mal-klabb li magħhom beda’ l-karriera bħala plejer, Alexander-Arnold jidher li diġa’ iddeċieda l-futur tiegħu.
Skont l-aħħar rapport, Real Madrid huma fiduċjużi li jikkonkludu ftehim ma’ Alexander-Arnold. Hu mifhum li Real Madrid huma dejjem eqreb ftehim mal-internazzjonali Ingliż, u l-preferenza tal-plejer hija li jingħaqad mal-klabb ta’ La Liga.
//= $special ?>