F’każ mhux tas-soltu… żewġt ifniek spiċċaw salvati wara li inqabdu f’nofs paniku kaġun ta’ nirien illi ħakmu r-residenza li kienu fiha fil-Gżira — u grazzi għal intervent tal-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ġew salvati flimkien mas-sidien tagħhom.
Il-każ seħħ kmieni filgħodu meta membri mis-CPD irrispondew għal rapport ta’ nirien f’binja f’żona residenzjali tal-Gżira. Il-ħaddiema rnexxielhom jidħlu fil-bini, u salvaw mara li kienet qed tbati biex tieħu n-nifs minħabba d-duħħan. Ġew salvati wkoll żewġt ifniek.
Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna fil-post minn tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, fejn ġie kkonfermat li kienet qed tbati minn problemi respiratorji….iżda ma kellhiex bżonn tiġi meħuda l-isptar.
Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jikkontrollaw in-nar b’mod immedjat, u fortunatament ħadd ma weġġa’ fl-inċident.
//= $special ?>