Il-Ġimgħa għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn mara mir-Repubblika Ċeka ta’ 31 sena residenti l-Mosta u mutur Piaggio misjuq minn raġel ta’ 72 sena u jgħix Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>