Il-Ħamis filgħaxija, f’Rotterdam, il-plejer professjonali Ingliż tad-Darts, Chris Dobey rebaħ l-ewwel lejla tal-Premier League Darts tal-karriera tiegħu meta fil-finali għeleb lil Stephen Bunting bl-iskor finali jkun dak ta’ 6-2.
Bunting kien għadu kemm ġej minn rebħa ta’ 6-5 fis-semi-finali kontra n-numru tnejn fid-dinja tad-Darts, u r-rebbieħ tal-Premier League s-sena l-oħra, Luke Littler.
Fl-istess waqt, fis-semi-finali l-oħra, Dobey għeleb lil Nathan Aspinall, li attwalment jinsab klassifikat fit-tmien post fir-rankings tad-dinja, bl-iskor ta’ 6-2.
Ir-rebħ tal-Premier League Darts 2025, turnament li kien imniedi 20 sena llu fuq Sky Sports, minn Dobey jista’ jitqis bħala riżultat sorprendenti ħafna għaliex l-Ingliż qatt ma kien rebaħ f’lejla bħal din.
Dik tal-bieraħ kienet il-11-il lejla tal-Premier League Darts 2025, b’dan it-turnament popolari li jintlagħab bejn Frar u Mejju, hu skedat li jitkompla nhar il-Ħamis, 24 ta’ April, b’serata numru tnax tad-Darts, b’erba’ partiti mill-Kwarti tal-Finali.
//= $special ?>