Eluf jingħaqdu fil-mixja tal-Ġimgħa l-Kbira b’risq Puttinu Cares 

Malta tingħaqad fit-tbatija b’solidarjetà mal-morda u ma’ dawk li b’xi mod qeghdin ibatu.

Rekord ta’ nies attendew il-Mixja ta’ Puttinu. Eluf ta’ persuni ħonqu l-pjazza tal-Mellieħa hekk kif aktar minn 10,000 ruħ ipparteċipaw f’din il-mixja tant mistennija tal-Ġimgħa l-Kbira, kollha b’risq il-fondazzjoni Puttinu Cares.

Matul it-triq tqassam ilma u 180 kaxxa laring. Grazzi għall-ġenerożità tal-isponsors. Grazzi mill-qalb lill-voluntiera kollha u lil kull min ħadem bla waqfien biex din il-mixja tkun suċċess u possibbli.