“Grazzi għad-donazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi, Puttinu jista’ jkompli jkun ta’ għajnuna kbira għal dawk il-pazjenti li jkollhom immorru l-Ingilterra għall-kura.”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’messaġġ li għadda l-Ġimgħa filgħodu waqt il-maratona ta’ Puttinu Cares.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li Puttinu Cares qed isalva ħajjet in-nies u qed ikompli jagħti kuraġġ lill-pazjenti li jkunu qed jieħdu l-kura. Huwa qal kif bid-donazzjonijiet tal-poplu Puttinu se jkun jista’ jibni aktar appartamenti f’Londra sabiex aktar pazjenti jkunu jistgu jingħataw il-kura.
Waqt il-maratona ta’ Puttinu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien akkumpanjat minn martu AnneMarie Grech kif ukoll minn ibnu Neil Grech.
