Il-qawwiet tal-ajru tal-Istati Uniti mexxew numru ta’ attakki fuq terminal taż-żejt li jinsab fil-kosta tal-Jemen viċin il-Baħar l-Aħmar.
L-attakki kienu l-aktar intensivi mindu l-Gvern Amerikan iddeċieda biex iżid l-azzjonijiet militari kontra l-milizji tal-Houthi li qegħdin jattakkaw il-bastimenti kummerċjali li jbaħħru mir-rotot speċifiċi viċin il-Jemen.
L-aħħar attakki tal-Amerikani rriżultaw f’aktar minn 60 maqtula u viċin il-150 feruti…Dan waqt li l-kelliema f’Washington qalu li l-qawwiet tagħhom irnexxielhom jeqirdu t-terminal ta’ Ras-Isa bil-ħsieb jeliminaw dan is-sors ta’ fuel i għall-milizji tal-Houthi li huma alleati kbar tal-Iran fundamentalista.
//= $special ?>