Erba’ persuni tilfu ħajjithom wara li waqgħet cable car f’Napli b’persuna oħra jinsab f’qagħda kritika.
L-inċident seħħ matul il-jum tal-Ħamis meta sfortunatament tqaċċat il-wire tal-cable car bil-konsegwenza li waqgħet għal isfel. Rapporti internazzjonali qalu li l-vittmi huma turisti.
Il-ħaddiema tas-salvataġġ qalu li persuna waħda biss nstabet ħajja iżda dan ir-raġel jinsab f’kundizzjoni kritika.
Apparti minn hekk, sittax -il passiġġier ieħor li kienu f’cable car oħra kellhom jinħarġu hekk kif din waqfet fl-arja – operazzjoni li ġiet deskritta bħala waħda delikata ħafna.
Intant, dan l-inċident seħħ ġimgħa wara biss li s-servizz tal-cable cars reġa’ beda jopera hekk kif dawn il-cable cars huma ferm popolari għall-veduti sbieħ li joffru.
//= $special ?>